keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT Art. 10 cercato: 'l-applikazzjoni' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- kummerċjali 15
- online 15
- tas-servizzi 15
- tal-intermedjazzjoni 14
- għal 14
- dawk 12
- data 10
- huma 9
- oħra 8
- permezz 8
- għandhom 7
- jekk 7
- tagħhom 7
- is-servizzi 7
- dawn 6
- għandux 5
- kundizzjonijiet 5
- kondotta 5
- kodiċijiet 5
- biex 5
- jinkludu 5
- tal-unjoni 4
- restrizzjonijiet 4
- personali 4
- ir-raġunijiet 4
- aċċess 4
- tal-liġi 4
- tal-forniment 4
- artikolu 4
- speċifiċi 4
- il-fornituri 4
- lill-konsumaturi 4
- differenti 4
- liema 3
- fil-paragrafu 3
- tiegħu 3
- il-kummissjoni 3
- għandha 3
- tħeġġeġ 3
- tal-utenti 3
- bliema 3
- kategoriji 3
- l-kundizzjonijiet 3
- id-data 3
- utent 3
- servizzi 3
- għall-applikazzjoni 3
- l-utenti 3
- tad-direttiva 2
- il-konsumaturi 2
Artikolu 10
Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti bmezzi oħra
1. Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet differenti permezz ta mezzi oħra, għajr permezz ta dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.
2. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istati Membri li hi fkonformità mal-liġi tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Artikolu 9
Aċċess għad-data
1. Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-utenti kummerċjali għal xi data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi.
2. Bid-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinfurmaw lill-utenti kummerċjali kif xieraq bmod partikolari dwar dawn li ġejjin:
(a) | jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu ta dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi, u jekk iva, għal liema kategoriji ta dik id-data u bliema kundizzjonijiet; |
(b) | jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, mogħtija minn dak l-utent kummerċjali brabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva, għal liema kategoriji ta dik id-data u bliema kundizzjonijiet; |
(c) | minbarra l-punt (b), jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż fforma aggregata, mogħtija jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha lil kull utent kummerċjali u lill-konsumaturi tagħhom, u jekk iva, għal liema kategoriji ta dik id-data u bliema kundizzjonijiet; u |
(d) | jekk kwalunkwe data taħt il-punt (a) hijiex ipprovduta lil partijiet terzi, flimkien ma’, meta l-forniment ta tali data lil partijiet terzi ma jkunx meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, informazzjoni li tispeċifika l-għan ta tali kondiviżjoni tad-data, kif ukoll kwalunkwe possibbiltà li l-utenti kummerċjali jagħżlu li ma jipparteċipawx fil-kondiviżjoni tad-data. |
3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679, tad-Direttiva (UE) 2016/680 u tad-Direttiva 2002/58/KE.
Artikolu 10
Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti bmezzi oħra
1. Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet differenti permezz ta mezzi oħra, għajr permezz ta dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.
2. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istati Membri li hi fkonformità mal-liġi tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Artikolu 17
Kodiċijiet ta kondotta
1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta kodiċijiet ta kondotta, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali, inklużi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs.
2. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online u lill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex ifasslu kodiċijiet ta kondotta, li huma speċifikament maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 5.
3. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jadottaw u jimplimentaw kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur, fejn jeżistu tali kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur u fejn dawn jintużaw ħafna.
whereas